L-istorja ta' suċċess ta' medi

Lejla waħda fl-1951, Wolfgang Weihermüller iddeċieda li jagħmel pass kuraġġuż: Hu qasam il-‘Green Border’ f'Rudolphstein. Fil-basket tiegħu kien qed iġorr partijiet ta’ magna tal-ħjata ta’ valur. Wara li wasal Bayreuth, uża din il-magna tal-ħjata biex jistabbilixxi l-pedament għall-kumpanija medi, li saret suċċess internazzjonali.

Kuraġġ u spirtu intraprenditorjali

Il-kuraġġ ta’ Wolfgang Weihermüller li jitlaq mill-ex-GDR u jġorr miegħu magni tal-produzzjoni seta’ swieh il-libertà tiegħu. Imma x-xewqa li jitlaq kienet saħansitra akbar. Għalhekk, ħa miegħu l-għarfien tiegħu dwar il-ħarir u l-korsetterija li kien akkwista fin-negozju tal-familja f'Pausa, Saxony, lejn ir-RFG. Flimkien ma' kuġinu tiegħu Günter Voigtmann, waqqaf il-kumpanija WeCo.

Fil-bidu, bdew biss b'tliet magni tal- ħjata u b’ħila fis-sengħa ta’ ħjata bil-gomma (rubber knitting). Misjuqin mill-ispirtu intraprenditorjali tagħhom, iż-żewġt irġiel bdew jipproduċu ‘rubber stockings’ mediċi f’ex-sala taż-żfin f’Bayreuth.

L-isfida tal-kwistjonijiet kurrenti kienet u għadha l-motto ta’ Medi.
WeCo rrevoluzzjonat it-terapija tal-kompressjoni bil-kalzetta innovattiva Mediven, l-ewwel waħda mingħajr ħjata u b’elasticità għolja, u nedew l-ewwel kalzetti ta’ kompressjoni trasparenti fis-suq fl-1975.

Ikkuntattjana llum għal prodotti mediċi ortopediċi ta' kompressjoni ta' kwalità magħmula fil-Ġermanja.

Għal aktar informazzjoni dwar is-soluzzjonijiet mediċi innovattivi tagħna, ikkuntattjana.

Staqsina li trid